Bandiera Maltija Bandiera Ingliża

Politika dwar il-Protezzjoni u ż-Żamma tad-Data

Dipartiment għall-konsultazzjoni Pubblika - Politika dwar il-Protezzjoni tad-Data

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679 u l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kap 586), inklużi r-regolamenti li jaqgħu taħtu, jirregolaw l-ipproċessar ta’ data personali kemm jekk tinżamm elettronikament jew f’forma manwali jekk tifforma parti minn sistema ta’ arkivjar. Dipartiment għall- konsultazzjoni Pubblika huwa stabbilit biex jikkonformi bis-sħiħ mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data

Bażi Legali u Skopijiet tal-Ipproċessar

Il-bażi legali u l-finijiet tal-ipproċessar fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar imwettqa minn Dipartiment għall- konsultazzjoni Pubblika huma dawn li ġejjin:


Operazzjoni tal-Ipproċessar

Bażi Legali biex tipproċessa

Raġunijiet għall-Ipproċessar

Data personali miġbura permezz tal-Pjattaforma tal-Konsultazzjoni Pubblika, inklużi ismijiet, indirizzi tal-posta elettronika, tip ta impjieg, il-lokalità u kwalunkwe data personali oħra sottomessa minn membri tal-pubbliku meta jippreżentaw il-kummenti tagħhom jew meta jissottoskrivu fuq il-Pjattaforma tal-Konsultazzjoni Pubblika.

 

kif stipulat fl-Artikolu 6 u l-Artikolu 9 tal-GDPR.)

Id-Dipartiment għall-Konsultazzjoniji pubblika  iġbor u jipproċessa data personali mingħand il-parteċipanti esklużivament għall-finijiet tal-amministrazzjoni u l-ġestjoni tal-eżerċizzji ta’ konsultazzjoni pubbliċċi. Dan jinkludi, fost oħrajn, il-komunikazzjoni mal-parteċipanti fejn ikun meħtieġ; l-amministrazzjoni tas-servizzi ta’ abbonament u notifiki; iż-żamma ta’ rekords relatati mal-konsultazzjonijiet; il-ġenerazzjoni ta’ informazzjoni u statistika aggregata; kif ukoll l-assigurazzjoni tal-integrità, it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika. Id-data personali kollha tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679 (GDPR), l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kap. 586 tal-Liġijiet ta’ Malta), u kwalunkwe obbligu legali ieħor applikabbli.

Riċevituri ta’ Data Personali

Id-Data Personali se tiġi żvelata lill-entità jew dipartiment rispettiv li jkun qed jniedi, jamministra u jmexxi l-konsultazzjoni pubblika inkwistjoni, sa fejn dan ikun meħtieġ għall-finijiet tal-ġestjoni u l-amministrazzjoni tal-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika. L-iżvelar jista’ jsir ukoll lil partijiet terzi iżda biss kif awtorizzat mil-liġi.

Id-Drittijiet tiegħek

Id-drittijiet tiegħek bħala suġġett tad-data b’rabta mal-ipproċessar tad-data personali tiegħek huma:


  • Id-dritt li tirċievi kopja tad-data personali tiegħek li tkun qed tiġi pproċessata, inkluża informazzjoni relatata mal-attivitajiet tal-ipproċessar.
  • Id-dritt li titlobna nirrettifikaw id-data personali li taħseb li mhijiex tajba. Għandek ukoll id-dritt li tikseb il-kompletezza tad-data personali li taħseb li mhix kompluta.
  • Id-dritt li titlob it-tħassir tad-data personali tiegħek f’ċerti ċirkostanzi.
  • Id-dritt li titlob ir-restrizzjoni tad-data personali tiegħek f’ċerti ċirkostanzi.
  • Id-dritt għall-portabbiltà tad-data personali tiegħek fir-rigward tal-informazzjoni li tajtna.
  • Id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek jekk qed nipproċessaw l-informazzjoni tiegħek abbażi tal-kompiti pubbliċi tagħna jew għax huwa fl-interessi leġittimi tagħna.
  • Id-dritt li wieħed ma jkunx soġġett għal deċiżjoni bbażata biss fuq ipproċessar awtomatizzat inkluż it-tfassil ta’ profili.
  • Id-dritt li tirtira l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin, fejn applikabbli.


It-talbiet biex teżerċita d-drittijiet tiegħek huma bla ħlas u għandhom isiru bil-miktub u jintbagħtu lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tad-Dipartiment għall-Konsultazzjoniji Pubblika. Id-dettalji ta’ identifikazzjoni tiegħek bħan-numru tal-ID, l-isem u l-kunjom iridu jiġu sottomessi mat-talba għall-fini tal-verifika tal-identità tiegħek. F’każ li l-kontrollur ikollu dubji raġonevoli dwar l-identità tiegħek, tista’ tintalab tipprovdi informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex tikkonfermaha.


Id-Dipartiment għall-Konsultazzjoniji Pubblika għandu l-għan li jwieġeb it-talba malajr kemm jista’ jkun bl-obbligu li ma jkunx hemm dewmien żejjed u li jwieġeb mhux aktar tard minn xahar (1) minn meta jirċievi t-talba.


Id-dritt eżerċitat mis-suġġett tad-data jista’ jkun limitat jew ristrett, fejn meħtieġ, skont il-liġi applikabbli.

Politika ta’ Żamma

L-iskeda li ġejja tiddeskrivi r-rekwiżiti ta’ żamma għad-diversi kategoriji ta’ dokumentazzjoni fi ħdan id-Dipartiment għall-Konsultazzjoniji Pubblika.


Kategorija ta’ Dokument

Perjodu taż-Żamma

Ġustifikazzjoni

Data personali miġbura permezz tal-Pjattaforma tal-Konsultazzjoni Pubblika, li tinkludi ismijiet, indirizzi tal-posta elettronika u kwalunkwe data personali oħra sottomessa minn membri tal-pubbliku meta jipprovdu l-kummenti tagħhom, jew meta jissottoskrivu għas-servizzi offruti permezz tal-Pjattaforma tal-Konsultazzjoni Pubblika

Tlitt (3 ) snin

Id-data personali miġbura permezz tal-Pjattaforma tal-Konsultazzjoni Pubblika għandha tinżamm għal perjodu ta’ tliet (3) snin wara l-għeluq tal-konsultazzjoni rispettiva, sabiex tiġi żgurata ż-żamma xierqa tar-rekords u kwalunkwe segwitu meħtieġ relatat mal-miżura li tkun ġiet soġġetta għal konsultazzjoni pubblika. Wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ retenzjoni, ir-rekords tal-konsultazzjoni għandhom jiġu arkivjati skont il-proċeduri stabbiliti għall-arkivjar u f’konformità mal-obbligi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.


Rispons mibgħut mill-membri tal-pubbliku permezz tal-pjattaforma.

 

Ħames (5) snin

Ir- Rispons miġbura permezz tal-Pjattaforma tal-Konsultazzjoni Pubblika għandha tinżamm għal perjodu ta’ ħames (5) snin wara l-għeluq tal-konsultazzjoni rispettiva, sabiex tiġi żgurata ż-żamma xierqa tar-rekords u kwalunkwe segwitu meħtieġ relatat mal-miżura li tkun ġiet soġġetta għal konsultazzjoni pubblika. Wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ retenzjoni, ir-rekords tal-konsultazzjoni għandhom jiġu arkivjati skont il-proċeduri stabbiliti għall-arkivjar u f’konformità mal-obbligi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.


Id-data li jeħtieġ li titħassar wara l-perjodi ta’ żmien stabbiliti se tinqered b’mod sigur biex jiġi żgurat li tali informazzjoni ma tibqax tiġi pproċessata fi ħdan id-Dipartiment għall-Konsultazzjoniji Pubblika. 

Il-Kontrollur tad-Data

Dipartiment għall-Konsultazzjoniji Pubblika jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:


Dipartiment għall-Konsultazzjoniji Pubblika

Ufficcju tal- Prim Ministru

55A, Transcontinental House,

Zachary Street,

Valletta.


Email: onlineconsultations@gov.mt

Il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data

Għandek id-dritt li tressaq ilment quddiem l-awtorità superviżorja, li tista’ tintlaħaq billi tuża d-dettalji ta’ kuntatt li ġejjin:


Il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data

Airways House,

Triq il-Kbira

Tas-Sliema SLM 1549


Telefown: +356 2328 7100 

Email: idpc.info@idpc.org.mt 

Sit: https://idpc.org.mt

Dan is-sit juża l-cookies biex jiggarantixxi l-aħjar esperjenza. Jekk ma tibdilx is-settings tiegħek, nifhmu li inti taċċetta l-użu tal-cookies awtomatikament. Aktar Informazzjoni