Bandiera Maltija Bandiera Ingliża

IP 0005/21/V1 – Varjazzjoni tal-Permess IPPC ta’ Amino Chemicals Ltd. (IP 0005/21)

Stat Kurrenti: Magħluq
Ministeru: Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent, u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (MEER)
Settur: Xogħlijiet pubbliċi
Ippubblikat: 04/10/2026
Data tal-Għeluq: 19/10/2026

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi qiegħda b’dan tinforma lill-pubbliku li l-Awtorità ser tkun qed temenda l-permess IPPC ta’ Amino Chemicals Ltd. (IP 0005/21) fir-rigward tal-operat ta’ installazzjoni għall-produzzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi.

 

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) qed temenda dan il-permess IPPC (IP 0005/21) sabiex tinkorpora r-rekwiżiti tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (CID) (UE) 2022/2427 tas-6 ta’ Diċembru 2022 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT) għas-Sistemi Komuni ta’ Ġestjoni u Trattament tal-Gass ta’ Skart fis-Settur Kimiku (WGC BREF).

 

Skond ir-Regolamenti dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrat tat-Tniġġis tal-Emissjonijiet Industrijali, (L.S. 549.77), l-Awtorita` tal-Ambjent u r-Riżorsi qiegħda tikkonsulta l-pubbiku ġenerali biex jissottometti kull oġġezzjoni jew rappreżentazzjoni fuq l-applikazzjoni tal-IPPC msemmija hawn fuq.

Kull oġġezzjoni, rappreżentazzjoni jew kumment ta’ din ix-xorta se tkun qed tiddaħħal f’reġistru li se jkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit elettroniku tal-Awtorita`, flimkien mad-dettalji tal-oġġezzjonant sakemm dan ma jitlobx bil-miktub li ma jkunx ippublikat. Jekk ikun hemm talba ta’ dan it-tip, ir-reġistru jkun fih biss l-oġġezzjoni, rappreżentazzjoni jew kumment li sar.

Dokumentazzjoni tinsab: https://era.org.mt/consultations-on-permitting-applications/

Dan is-sit juża l-cookies biex jiggarantixxi l-aħjar esperjenza. Jekk ma tibdilx is-settings tiegħek, nifhmu li inti taċċetta l-użu tal-cookies awtomatikament. Aktar Informazzjoni