Bandiera Maltija Bandiera Ingliża

Konsultazzjoni Pubblika dwar Avviż Legali li ser jirrigwardja ir-regolamentazzjoni, ir-reġistrazzjoni u l-liċenzjar tal-professjonijiet u snajja supplimentari għall-professjoni Veterinarja.

Stat Kurrenti: Magħluq
Ministeru: Ministeru għall-Agrikoltura, Is-Sajd u d-Drittijiet Tal-Annimali (MAFA)
Settur: Sajd
Ippubblikat: 12/06/2025
Data tal-Għeluq: 17/07/2025

L-isfond

Permezz ta' din il-leġiżlazzjoni l-Ministeru għall-Agrikoltura is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali ser ikun qed jirregola l-professjonijiet u s-snajja supplimentari għall-professjoni veterinarja, hekk kif ġej: 

 

  • Infermier Veterinarju Elenkat

  • Infermier Veterinarju Reġistrat

  • Awżiljarju Veterinarju

  • Tekniku Veterinarju

  • Teknologu Veterinarju

  • Groomer

  • Nagħal

  • Espert tal-Ħut

  • Trejner tal-annimali 

 

Għalkemm il-maġġoranza tal-individwi li joffru servizz f'dan il-qasam huma ddedikati u jkollhom l-professjoni jew sengħa tagħhom għal qalbhom u jaħdmu b’diliġenza dovuta għall-aħjar interess tat-trattament xieraq tal-annimali u b’rispett sħiħ għall-klijenti tagħhom, xi individwi jista jkollhom bżonn xi ftit aktar gwida biex jintlaħqu l-istandards għolja li illum huwa mistenni min kull min jipprovdi servizzi ta dawn il-professjonijiet jew snajja.

Il-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji għandu s-setgħat u d-dmirijiet taħt il-Liġi sabiex jirreġistra u jirregola il-professjonijiet u l-snajja supplimentari għall-professjoni veterinarja.

Il-manifest elettorali tal-gvern wkoll jagħmel referenza għall-regolamentazzjoni u stabiliment ta standards għal-ċerti professjonijiet li għandhom impatt dirett fuq it-trattament xieraq tal-annimali.

Dan l-avviż legali jistabbilixxi l-qafas legali għall-istabbiliment u l-infurzar ta'l-istandards permezz tar-reġistrazzjoni u tal-liċenzjar tal-professjonijiet u snajja supplimentari għal-professjoni veterinarja. L-individwi li jixtiequ li jiksbu il-liċenzja għall-prattika l-kwalunkwe professjoni jew sengħa misjuba fl-ewwel skeda għandhom isegwu r-rekwiżiti stabbiliti għal dik il-professjoni jew sengħa partikolari jew u għandhom jagħtu prova li huma jkollhom il- kwalifiki jew snin ta ' esperjenza minimi meħtieġa sabiex jipprattikaw dik il professjoni jew sengħa b'mod professjonali.

 

L-abbozz tal-Avviż Legali jista' jiġi aċċessat permezz tal-link li ġej: 

 

https://agrikoltura.gov.mt/wp-content/uploads/2025/06/MT-LN-Abbozz-tal-Avviz-Legali-Portal.pdf 

 

Il-metodu tal-konsultazzjoni

Il-kummenti dwar it-test mehmuż, jew mistoqsijiet għal spjegazzjonijiet, jistgħu jiġu sottomessi biss fuq konsultazzjoni.gov.mt 

 

Il-perjodu ta ‘konsultazzjoni se jkun ta‘ 5 ġimgħat. Ser issir ukoll laqgħa ta’ konsultazzjoni  nhar l-Erbgħa 02 ta' Lulju 2025, fer ser ikunu spjegati d-dettalji tal-professjonijiet jew snajja partikolari. Kull min jixtieq jattendi għandu jirreġistra l-interess tiegħu fuq vsc@gov.mt sa mhux aktar tard minn nħar it-Tnejn, 23 ta' Ġunju 2025. 

Rapport tar-Riżultat:

Rapport_Rizultat.pdf
Dan is-sit juża l-cookies biex jiggarantixxi l-aħjar esperjenza. Jekk ma tibdilx is-settings tiegħek, nifhmu li inti taċċetta l-użu tal-cookies awtomatikament. Aktar Informazzjoni