Mistoqsijiet li jsiru b'mod frekwenti dwar il-Konsultazzjonijiet Pubbliċi
X’INHI KONSULTAZZJONI PUBBLIKA?
Il-konsultazzjoni pubblika hija għodda ta’ parteċipazzjoni li tippermetti lil individwi jew gruppi jagħtu kummenti, opinjonijiet u suġġerimenti lill-entitajiet pubbliċi.
GĦALFEJN HUMA IMPORTANTI IL-KONSULTAZZJONIJIET PUBBLIĊI?
Huma importanti għax jassiguraw li jkun hemm it-trasparenza, kontabilità u inklussività meta jkunu ser jittieħdu xi deċiżjonijiet.
MIN JISTA’ JIPPARTEĊIPA FIL-KONSULTAZZJONIJIET PUBBLIĊI?
Il-parteċipazzjoni hi miftuħa għaċ-ċittadini kollha, kif ukoll organizzazzjonijiet mis-soċjetaà ċivili, unions tal-ħaddiema, organizzazzjonijiet tan-negozju, istituzzjonijiet governattivi u oqsma interessati oħrajn.
KIF ISIRU L-KONSULTAZZJONIJIET PUBBLIĊI?
Il-konsultazzjonijiet isiru fuq il-pjattaforma onlajn konsultazzjonipubblika.gov.mt u permezz ta’ laqgħat mal-partijiet interessati, focus groups u stħarriġ pubbliku.
X’JIĠRI WARA LI NISSOTTOMETTI L-ĦSIBIJIET JEW FEHMIET TIEGĦI?
Wara li jiskadi l-perjodu tal-konsultazzjoni, l-entità rispettiva tevalwas- sottomissjonijiet li tirċievi u tippubblika rapport.
X’INHU L-PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI PUBBLIKA?
Il-konsultazzjonijiet pubbliċi jimxu skont proċess strutturat: issir preparazzjoni tal-informazzjoni, jitħabbar il-perjodu tal-konsultazzjoni u x’wieħed qed jistenna li jintleħaq mill-proċess ta’ konsultazzjoni, jinġabru s-sottomissjonijiet tal-pubbliku, ssir l-evalwazzjoni u fl-aħħar jiġi ppubblikat il-konklużjonijiet tal-konsultazzjoni.
X’JIĠRI MILL-INFORMAZZJONI II INT TKUN PROVDEJT?
Is-sottomissjonijiet jinġabru kollha, jiġu analizzati u l-konklużjonijiet jiġu pubblikati fuq il-portal, sabiex kull min għadda xi kumment ikun jaf Ii l-fehmiet ġewx ikkunsidrati.
GĦANDI BŻONN NOĦLOQ KONT BIEX NIPPARTEĊIPA F’KONSULTAZZJONI PUBBLIKA?
Le. Mhux meħtieġ li toħloq kont biex tissottometti l-fehmiet tiegħek. Tista’ tagħżel li tibqa’ anonimu jew li tipprovdi d-dettalji tiegħek jekk tixtieq tirċievi risposta.
NISTA’ NBIDDEL JEW NIRTIRA S-SOTTOMISSJONI TIEGĦI WARA LI NIBGĦATHA?
Le. Ladarba s-sottomissjoni tintbagħat, ma tistax tiġi mibdula jew irtirata.Għalhekk, nirrakkomandaw li tiċċekkja l-kontenut qabel tissottometti.
X’INHI D-DIFFERENZA BEJN SOTTOMISSJONI ANONIMA U WAĦDA B’DETTALJI PERSONALI?
Sottomissjoni anonima ma tinkludix ismijiet jew dettalji ta’ kuntatt. Jekk tipprovdi d-dettalji tiegħek, dawn jintużaw biss biex tintbagħatlek risposta jew komunikazzjoni relatata mal-konsultazzjoni.
ID-DETTALJI PERSONALI TIEGĦI JIĠU PPUBBLIKATI?
Le. Id-dettalji personali tiegħek ma jiġux ippubblikati. Ir-rapporti jinkludu biss sommarji jew temi ġenerali, mingħajr ma jiġu identifikati individwi.
X’JIĠRI JEKK NABBONA MA’ MINISTERU JEW ENTITÀ?
Tirċievi notifiki meta jiġu ppubblikati konsultazzjonijiet ġodda minn dak il-Ministeru jew Entità. Tista’ tirtira l-abbonament fi kwalunkwe ħin.