IP 0005/21/V1 – Varjazzjoni tal-Permess IPPC ta’ Amino Chemicals Ltd. (IP 0005/21)
L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) qed temenda dan il-permess IPPC (IP 0005/21) sabiex tinkorpora r-rekwiżiti tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (CID) (UE) 2022/2427 tas-6 ta’ Diċembru 2022 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet dwar l-Aqwa Tekniki Disponibbli (BAT) għas-Sistemi Komuni ta’ Ġestjoni u Trattament tal-Gass ta’ Skart fis-Settur Kimiku (WGC BREF).
Skond ir-Regolamenti dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrat tat-Tniġġis tal-Emissjonijiet Industrijali, (L.S. 549.77), l-Awtorita` tal-Ambjent u r-Riżorsi qiegħda tikkonsulta l-pubbiku ġenerali biex jissottometti kull oġġezzjoni jew rappreżentazzjoni fuq l-applikazzjoni tal-IPPC msemmija hawn fuq.
Kull oġġezzjoni, rappreżentazzjoni jew kumment ta’ din ix-xorta se tkun qed tiddaħħal f’reġistru li se jkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit elettroniku tal-Awtorita`, flimkien mad-dettalji tal-oġġezzjonant sakemm dan ma jitlobx bil-miktub li ma jkunx ippublikat. Jekk ikun hemm talba ta’ dan it-tip, ir-reġistru jkun fih biss l-oġġezzjoni, rappreżentazzjoni jew kumment li sar.
Dokumentazzjoni tinsab: https://era.org.mt/consultations-on-permitting-applications/