Bandiera Maltija Bandiera Ingliża

REVIŻJONI PARZJALI TAL-PJAN LOKALI GĦAT-TRAMUNTANA TAL-PORTIJIET TAL-2006 GĦAL PACEVILLE (IŻ-ŻONA TA’ VILLA ROSA)

Stat Kurrenti: Magħluq
Ministeru: Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar (MGP)
Settur: Xogħlijiet pubbliċi
Ippubblikat: 15/10/2024
Data tal-Għeluq: 26/11/2024

L-Awtorità tal-Ippjanar bdiet reviżjoni parzjali tal-Pjan Lokali għat-Tramuntana tal-Portijiet tal-2006 għaż-żona ta’ Paceville, speċifikament għas-sit ta’ Villa Rosa kif imfassal mill-Pjan Lokali tal-2006.

Din ir-reviżjoni hija mmirata biex tikseb l-għanijiet proposti li ġejjin:

1. Protezzjoni ta’ Żoni Ambjentali Sensittivi: Ir-reviżjoni ser tiffoka fuq ħarsien aħjar ta’ żoni, bini, karatteristiċi ambjentali sensittivi, u li tiżgura aċċess pubbliku fil-konfini tas-sit.

2. Żvilupp Ristrett: L-iżvilupp fil-konfini tas-sit ser ikun ikkontrollat b’mod strett biex jipprevjeni kwalunkwe impatt ambjentali inaċċettabbli fuq iż-żoni sensittivi tal-madwar, bini, karatteristiċi, u spazji ta’ rikreazzjoni.

3. Konfigurazzjoni mill-ġdid tas-Sub-żoni: Il-konfini tas-sub-żoni kif identifikati fil-Pjan Lokali tal-2006 għas-sit ta’ Villa Rosa ser jiġu emendati mill-ġdid mingħajr ma jinbidel il-konfini ġenerali tas-sit. Din ir-rikonfigurazzjoni ser talloka l-użu tal-art fiż-żoni definiti mill-ġdid biex tiżgura:

  • Żieda fiż-żoni minimi ta’ spazju miftuħ pubbliku, li jaqbżu l-allokazzjonijiet attwali tal-Pjan Lokali.

  • Speċifikazzjoni taż-żoni minimi allokati għal spazju miftuħ privat.

  • Identifikazzjoni ta’ żoni magħżula għal lukandi ta’ kwalità ogħla.

  • Allokazzjoni ta’ żoni għal żvilupp residenzjali.

  • Allokazzjoni ta’ żoni għal żviluppi ta’ użu mħallat, inklużi uffiċini, ħwienet kummerċjali u tal-ikel, u użi xierqa oħra.

  • Għażla tal-post għall-faċilitajiet tal-parkeġġ.

4. Għoli tal-Bini u Limitazzjonijiet: Ir-reviżjoni ser tistabbilixxi l-għoli tal-bini permissibbli għal kull sub-żona, filwaqt li tqis il-“Height Limitation Adjustment Policy for Hotels” (2014).

5. Gross Developable Floorspace (GDF): Ir-reviżjoni ser tiddetermina l-GDF ġenerali massimu permissibbli, kategorizzat skont iż-żona u l-użu tal-art.

6. Studji dwar l-Impatt tal-iżvilupp: L-Awtorità tal-Ippjanar ser tidentifika kwalunkwe studju addizzjonali dwar l-impatt tal-iżvilupp li huwameħtieġ matul l-istadju tal-proġett, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti statutorji eżistenti.

Din ir-reviżjoni trid tkun konformi mal-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli billi tibbilanċja t-tkabbir ekonomiku mal-ħarsien ambjentali u r-responsabbiltà soċjali.

Il-lista sħiħa ta’ għanijiet proposta tinsab fuq il-website tal-Awtorità fuq https://www.pa.org.mt/consultation

Dan is-sit juża l-cookies biex jiggarantixxi l-aħjar esperjenza. Jekk ma tibdilx is-settings tiegħek, nifhmu li inti taċċetta l-użu tal-cookies awtomatikament. Aktar Informazzjoni