Bandiera Maltija Bandiera Ingliża

Konsultazzjoni Pubblika dwar it-Tieni Politika u pjan ta' azzjoni Nazzjonali dwar l-Integrazzjoni

Stat Kurrenti: Magħluq
Ministeru: Ministeru Għall-Intern, Is-Sigurtà, Ir-Riformi U L-Ugwaljanza
Settur: Sigurtà
Ippubblikat: 31/05/2023
Data tal-Għeluq: 30/06/2023

Din il-Konsultazzjoni Pubblika tipprovdi analiżi tal-isforzi ta’ integrazzjoni formali u l-governanza li ġew implimentati fuq livell nazzjonali matul l-aħħar ftit snin u tipproponi għad-diskussjoni qafas għall-perjodu 2024-2027. Id-dokument jitkellem fuq ir-realtajiet li qed tiffaċċja s-soċjetà Maltija llum u jiġbor fih il-viżjoni tal-Gvern għall-ħames snin li ġejjin. L-implimentazzjoni tiegħu se tkun teħtieġ azzjoni kollettiva fis-setturi kollha u fil-livelli kollha. L-implimentazzjoni b’suċċess tiegħu tiddependi fuq l-approċċi tal-gvern kollu u tas-soċjetà kollha.
Dan huwa dokument ħaj u se jiġi aġġornat wara l-evalwazzjoni tar-rispons li jiġi sottomess mill-konsultazzjoni pubblika, kif ukoll wara konsiderazzjonijiet oħrajn. Sabiex jiġi żgurat li l-għanijiet tal-politika jintlaħqu, il-pubbliku qed jintalab jipprovdi r-rispons tiegħu dwar il-mistoqsijiet li ġejjin:
X’inhuma l-fehmiet tiegħek dwar kif Malta ttrattat l-integrazzjoni sa issa?
X’inhuma l-fehmiet tiegħek dwar il-qafas strateġiku l-ġdid propost f’dan id-dokument?
X’programmi tanġibbli u fattibbli tipproponi biex jinkisbu riżultati aħjar?
 
Link għad-dokument ta' konsultazzjoni jinsab f'dan il-URL:
 

Dan is-sit juża l-cookies biex jiggarantixxi l-aħjar esperjenza. Jekk ma tibdilx is-settings tiegħek, nifhmu li inti taċċetta l-użu tal-cookies awtomatikament. Aktar Informazzjoni