Bandiera Maltija Bandiera Ingliża

Konsultazzjoni publika dwar ir-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali għal- PA 00437/23

Stat Kurrenti: Magħluq
Ministeru: Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent, u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (MEER)
Settur: Xogħlijiet pubbliċi
Ippubblikat: 10/10/2026
Data tal-Għeluq: 10/11/2026

 

Referenza tal-ERA:

EA 00074/18

Referenza tal-PA:

PA 00437/23

Lokazzjoni/Sit:                         

Sit, Jerma Hotel, Triq is-Salini, Marsascala, Malta​

Titlu tal- Progett:

Twaqqigħ tal-eks-Jerma Palace Hotel, tħaffir tas-sit u bini ta’ resort ta’ użu imħallat li jikkonsisti f’155 unit residenzjali (Klassi 1), Akkomodazzjoni Turistika (Klassi 3b) li tikkonsisti minn 258 serviced apartments u 134 Room 5 Star Hotel, Retail ( Klassi 4B) u ħwienet tal-ikel u xorb (Klassi 4C u Klassi 4D), shopping mall taħt il-grad (Klassi 4B), 570 spazju għall-parkeġġ, u 13,600sqm ta’ spazju miftuħ disponibbli għall-pubbliku ġenerali. Il-proposta tikkonsisti f’bini ta’ żewġ sulari taħt pjazza landscaped pubblika u żewġ blokkok ta’ tmien sulari ‘l fuq mill-pjazza, xogħlijiet estensivi ta’ landscaping, tiswijiet u tibdil fid-difiżi kostali eżistenti u bini ta’ pixxina fuq il-pjattaforma tal-konkos eżistenti fuq in-naħa ta’ taħt tal-proġett.

 

Titlu: Konsultazzjoni publika dwar ir-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali għal- PA 00437/23

 

B’dan qed jiġi avżat li ġie sottomess Rapport dwar il-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali (VIA) b’rabta mal-applikazzjoni msemmija hawn fuq, lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) skont ir-Regolamenti dwar il-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali (L.S.549.46).

Kopji diġitali tar-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali jistgħu jinkisbu mill-indirizz elettroniku tal-ERA: https://era.org.mt/era-project/pa04710-18/. u mill-uffiċċji tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala.

Il-pubbliku jista’ jara wkoll kopja stampata tal-istess dokument fl-uffiċċji tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, il-Marsa.

Il-pubbliku huwa mistieden jissottometti kummenti bil-miktub dwar id-dokumentazzjoni msemmija, sa mhux aktar tard mil- 10 ta’ November 2026.

Ir-risposta tiegħek tkun apprezzat.

 

Disclaimer: 

L-Awtorità hija impenjata li tipproteġi d-data personali u l-privatezza tal-pubbliku. Għaldaqstant qed tkun infurmat li meta tagħmel sottomissjonijiet, id-data personali tiegħek ma tiġix żvelata jew ippubblikata sakemm fi żmien tnax (12) -il siegħa ma tagħtix l-kunsens tiegħek lill-Awtorità biex tiżvela d-data personali.  B'dana illi f’certu kazijiet l-Awtorità tista', fejn hu meħtieg, tiżvela d-data personali tiegħek biex tikkonforma mal-Liġijiet applikabbli.

Dan is-sit juża l-cookies biex jiggarantixxi l-aħjar esperjenza. Jekk ma tibdilx is-settings tiegħek, nifhmu li inti taċċetta l-użu tal-cookies awtomatikament. Aktar Informazzjoni