Konsultazzjoni tat-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2022/2555 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, (Direttiva NIS2)
Entità: Direttorat għall-Ħarsien tal-Infrastruttura Kritika
Sfond: Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell komuni għoli ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148, magħrufa wkoll bħala d-Direttiva NIS 2, daħlet fis-seħħ fis-16 ta’ Jannar 2023 u trid tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali sas-17 ta’ Ottubru 2024. L-obbligi u l-miżuri deskritti fid-Direttiva se jibdew japplikaw mill-18 ta’ Ottubru 2024.
Id-Direttiva NIS2 tistabbilixxi qafas regolatorju komuni għaċ-ċibersigurtà madwar l-Unjoni. Jeħtieġ li l-Istati Membri jsaħħu l-kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà u jintroduċu miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju u rappurtar f’setturi kritiċi. Id-Direttiva NIS 2 tistabbilixxi wkoll regoli dwar il-kooperazzjoni, l-iskambju tal-informazzjoni, is-superviżjoni, u l-infurzar.
Għall-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva NIS2 f'Malta, jeħtieġ li tiġi ppromulgata liġi nazzjonali li tirreferi għall-materja t'hawn fuq. L-għan ta' din il-konsultazzjoni huwa li jfittex kontribut dwar l-abbozz ta' ordni propost.
Id-dokument ta' konsultazzjoni jista' jiġi aċċessat minn hawn: Measures-for-A-High-Common-Level-of-Cybersecurity-Across-The-European-Union-Malta-Order-2024.pdf (gov.mt)