Aħna impenjati li nipproteġu l-privatezza tal-viżitaturi u/jew tal-utent tagħna u ma niġbru l-ebda informazzjoni personali dwarek bħala viżitatur sakemm din l-informazzjoni ma tiġix provduta minnek b'mod volontarju.
Abbażi tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (EU) 2016/679 (GDPR) u l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data (Kap. 586), għandna dmir legali li nirrispettaw u nipproteġu kull informazzjoni personali li niġbru mingħandek u aħna dedikati li nonoraw dan id-dmir. Se jittieħdu s-salvagwardji kollha meħtieġa biex nipprevjenu aċċess mhux awtorizzat. Aħna ma ngħaddu l-ebda dettalji miġbura mingħandek bħala viżitatur u/jew utent lil xi terza persuna, sakemm ma nkunux hekk awtorizzati bil-kunsens tiegħek jew kif awtorizzati skont il-liġi.
Il-lista tar-regoli ('Il-Policy') tista' tkun aċċessibbli faċilment permezz ta' link li tkun fil-qiegħ ta' kull paġna tas-sit.