Reviżjoni Parzjali tal-Pjan Lokali għan-Nofsinhar ta’ Malta 2006, kif emendat fl-2017, għal Ħal Far
Stat Kurrenti:
Magħluq
Ministeru:
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar
Settur:
Xogħlijiet pubbliċi
Ippubblikat:
30/11/2023
Data tal-Għeluq:
21/12/2023
L-Awtorità tal-Ippjanar ġiet inkarigata mill-Gvern biex tibda reviżjoni parzjali tal-Pjan Lokali għan- Nofsinhar ta’ Malta tal-2006, kif emendat fl-2017, speċifikament għal Ħal Far.
Il-policy attwali tindika l-Konfini tal-Iżvilupp Industrijali għall-Qasam Industrijali ta’ Ħal Far kif muri fuq MAP 1 li tagħti prijorità lill-art f’dan il-konfini għal użu esklussiv industrijali. Il-policy tirrikonoxxi wkoll l-impatt potenzjali tal-iżvilupp industrijali fuq is-sit li għandu fuq iż-Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni (SAC) ta’ Natura 2000. Konsegwentement, il-policy tispeċifika wkoll li għandu jkun hemm landscaped buffer zone, ta’ mhux inqas minn 6 metri f’din iż-żona tal-proprjetà, li tinkludi tħawwil sostanzjali ta’ siġar.
Għalhekk, din ir-reviżjoni tipproponi t-tneħħija tas-sit magħżul kif muri fuq MAP 1. L-għan huwa li jiġi żgurat li s-sit jinżamm kif inhu jew jiġi restawrat fejn possibbli, u jservi bħala żona ta’ buffer zone għaż-Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni. B’dan il-mod, l-iżvilupp industrijali li potenzjalment jista’ jkun ta’ dannu jinżamm kemm jista’ jkun ’il bogħod miż-żona ta’ valur ambjentali għoli. Ir-reviżjoni tipproponi wkoll li jiġi allokat porzjon żgħir tas-sit għal sport b’impatt baxx.
Biex tara l-għanijiet u l-MAP 1, żur il-website tal-Awtorità: www.pa.org.mt/consultation
Is-sottomissjonijiet kollha jridu jaslu għand l-Awtorità sal-Ħamis 21 ta’ Diċembru 2023.