Konsultazzjoni publika dwar ir-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali għal- PA 00437/23
Referenza tal-ERA: | EA 00074/18 |
Referenza tal-PA: | PA 00437/23 |
Lokazzjoni/Sit: | Sit, Jerma Hotel, Triq is-Salini, Marsascala, Malta |
Titlu tal- Progett: | Twaqqigħ tal-eks-Jerma Palace Hotel, tħaffir tas-sit u bini ta’ resort ta’ użu imħallat li jikkonsisti f’155 unit residenzjali (Klassi 1), Akkomodazzjoni Turistika (Klassi 3b) li tikkonsisti minn 258 serviced apartments u 134 Room 5 Star Hotel, Retail ( Klassi 4B) u ħwienet tal-ikel u xorb (Klassi 4C u Klassi 4D), shopping mall taħt il-grad (Klassi 4B), 570 spazju għall-parkeġġ, u 13,600sqm ta’ spazju miftuħ disponibbli għall-pubbliku ġenerali. Il-proposta tikkonsisti f’bini ta’ żewġ sulari taħt pjazza landscaped pubblika u żewġ blokkok ta’ tmien sulari ‘l fuq mill-pjazza, xogħlijiet estensivi ta’ landscaping, tiswijiet u tibdil fid-difiżi kostali eżistenti u bini ta’ pixxina fuq il-pjattaforma tal-konkos eżistenti fuq in-naħa ta’ taħt tal-proġett. |
Titlu: Konsultazzjoni publika dwar ir-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali għal- PA 00437/23
B’dan qed jiġi avżat li ġie sottomess Rapport dwar il-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali (VIA) b’rabta mal-applikazzjoni msemmija hawn fuq, lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) skont ir-Regolamenti dwar il-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali (L.S.549.46).
Kopji diġitali tar-Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatti Ambjentali jistgħu jinkisbu mill-indirizz elettroniku tal-ERA: https://era.org.mt/era-project/pa04710-18/. u mill-uffiċċji tal-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala.
Il-pubbliku jista’ jara wkoll kopja stampata tal-istess dokument fl-uffiċċji tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, il-Marsa.
Il-pubbliku huwa mistieden jissottometti kummenti bil-miktub dwar id-dokumentazzjoni msemmija, sa mhux aktar tard mil- 10 ta’ November 2026.
Ir-risposta tiegħek tkun apprezzat.
Disclaimer:
L-Awtorità hija impenjata li tipproteġi d-data personali u l-privatezza tal-pubbliku. Għaldaqstant qed tkun infurmat li meta tagħmel sottomissjonijiet, id-data personali tiegħek ma tiġix żvelata jew ippubblikata sakemm fi żmien tnax (12) -il siegħa ma tagħtix l-kunsens tiegħek lill-Awtorità biex tiżvela d-data personali. B'dana illi f’certu kazijiet l-Awtorità tista', fejn hu meħtieg, tiżvela d-data personali tiegħek biex tikkonforma mal-Liġijiet applikabbli.