REVIŻJONI PARZJALI TAL-PJAN LOKALI GĦAT-TRAMUNTANA TAL-PORTIJIET TAL-2006 GĦAL PACEVILLE (IŻ-ŻONA TA’ VILLA ROSA)
L-Awtorità tal-Ippjanar bdiet reviżjoni parzjali tal-Pjan Lokali għat-Tramuntana tal-Portijiet tal-2006 għaż-żona ta’ Paceville, speċifikament għas-sit ta’ Villa Rosa kif imfassal mill-Pjan Lokali tal-2006.
Din ir-reviżjoni hija mmirata biex tikseb l-għanijiet proposti li ġejjin:
1. Protezzjoni ta’ Żoni Ambjentali Sensittivi: Ir-reviżjoni ser tiffoka fuq ħarsien aħjar ta’ żoni, bini, karatteristiċi ambjentali sensittivi, u li tiżgura aċċess pubbliku fil-konfini tas-sit.
2. Żvilupp Ristrett: L-iżvilupp fil-konfini tas-sit ser ikun ikkontrollat b’mod strett biex jipprevjeni kwalunkwe impatt ambjentali inaċċettabbli fuq iż-żoni sensittivi tal-madwar, bini, karatteristiċi, u spazji ta’ rikreazzjoni.
3. Konfigurazzjoni mill-ġdid tas-Sub-żoni: Il-konfini tas-sub-żoni kif identifikati fil-Pjan Lokali tal-2006 għas-sit ta’ Villa Rosa ser jiġu emendati mill-ġdid mingħajr ma jinbidel il-konfini ġenerali tas-sit. Din ir-rikonfigurazzjoni ser talloka l-użu tal-art fiż-żoni definiti mill-ġdid biex tiżgura:
Żieda fiż-żoni minimi ta’ spazju miftuħ pubbliku, li jaqbżu l-allokazzjonijiet attwali tal-Pjan Lokali.
Speċifikazzjoni taż-żoni minimi allokati għal spazju miftuħ privat.
Identifikazzjoni ta’ żoni magħżula għal lukandi ta’ kwalità ogħla.
Allokazzjoni ta’ żoni għal żvilupp residenzjali.
Allokazzjoni ta’ żoni għal żviluppi ta’ użu mħallat, inklużi uffiċini, ħwienet kummerċjali u tal-ikel, u użi xierqa oħra.
Għażla tal-post għall-faċilitajiet tal-parkeġġ.
4. Għoli tal-Bini u Limitazzjonijiet: Ir-reviżjoni ser tistabbilixxi l-għoli tal-bini permissibbli għal kull sub-żona, filwaqt li tqis il-“Height Limitation Adjustment Policy for Hotels” (2014).
5. Gross Developable Floorspace (GDF): Ir-reviżjoni ser tiddetermina l-GDF ġenerali massimu permissibbli, kategorizzat skont iż-żona u l-użu tal-art.
6. Studji dwar l-Impatt tal-iżvilupp: L-Awtorità tal-Ippjanar ser tidentifika kwalunkwe studju addizzjonali dwar l-impatt tal-iżvilupp li huwameħtieġ matul l-istadju tal-proġett, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti statutorji eżistenti.
Din ir-reviżjoni trid tkun konformi mal-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli billi tibbilanċja t-tkabbir ekonomiku mal-ħarsien ambjentali u r-responsabbiltà soċjali.
Il-lista sħiħa ta’ għanijiet proposta tinsab fuq il-website tal-Awtorità fuq https://www.pa.org.mt/consultation